|
+Artikolu 125 2. |
Artikolu 125 2.Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(iii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket rispettiv tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur fit-Tabella 1. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9).
Tabella 1
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:
(a)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,3 %;
(b)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,5 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|