+Artikolu 150 1a.

Artikolu 150 1a.

Minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, istituzzjoni tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi li ġejjin fejn jiġi applikat l-Approċċ IRB għal tipi oħra ta' skoperturi fl-istess klassi tal-iskoperturi:

(a) 

skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet fis-settur pubbliku tagħhom, sakemm:

(i) 

ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi; u

(ii) 

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4);

(b) 

skoperturi ta' istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, sakemm il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew impriża konnessa permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(c) 

skoperturi bejn l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7).

Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal xi tipi biss ta' skoperturi fi klassi tal-iskoperturi, għandha tapplika l-Approċċ Standardizzat għat-tipi li jifdal ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi.

Minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta' dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu, istituzzjoni tista' tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal knejjes u għal komunitajiet reliġjużi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 115(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit