|
+Artikolu 170 3. |
Artikolu 170 3.L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom jirreflettu kemm ir-riskju tad-debituri kif ukoll tat-transazzjoni, u għandhom ikopru l-karatteristiċi rilevanti kollha tad-debitur u tat-transazzjoni;
(b)
il-livell ta’ differenzazzjoni tar-riskji għandu jiżgura li l-għadd ta’ skoperturi fi grad jew aggregazzjoni partikolari ta’ skoperturi huwa suffiċjenti sabiex jippermetti kwantifikazzjoni u validazzjoni sinifikattivi tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad jew tal-aggregat. Id-distribuzzjoni tal-iskoperturi u debituri fil-gradi jew l-aggregazzjonijiet kollha għandha ssir b’tali mod li jiġu evitati konċentrazzjonijiet eċċessivi;
(c)
il-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet għandu jipprevedi differenzazzjoni sinifikattiva tar-riskju, għal raggruppar ta’ skoperturi omoġeni biżżejjed, u għandu jippermetti li ssir stima preċiża u konsistenti tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad u tal-aggregat. Għal riċevibbli mixtrija r-raggruppar għandu jirrefletti l-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ u l-eteroġenità tal-klijenti tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|