+Artikolu 192 Definizzjonijiet

Artikolu 192 Definizzjonijiet

Artikolu 192

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“istituzzjoni mutwanti” tfisser l-istituzzjoni li għandha l-iskopertura kkonċernata;

(2) 

“transazzjoni ta’ għoti ta’ self garantit” tfisser kwalunkwe transazzjoni li tirriżulta fi skopertura garantita minn kollateral li ma jinkludix dispożizzjoni li tagħti d-dritt lill- istituzzjoni li tirċievi marġni mill-inqas kuljum;

(3) 

“transazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali” tfisser kwalunkwe transazzjoni li tirriżulta fi skopertura garantita minn kollateral li tinkludi dispożizzjoni li tagħti d- dritt lill-istituzzjoni li tirċievi marġni mill-inqas kuljum;

(4) 

'CIU sottostanti' tfisser CIU fl- ishma jew fl-unitajiet li fihom investiet CIU oħra;

▼M17

(5) 

“sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB” tfisser is-sostituzzjoni, f'konformità mal-Artikolu 236a, tal-parametri tar-riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti mal-PD u l-LGD korrispondenti li jkunu assenjati skont l-approċċ IRB bl-użu tal-istimi proprji tal-LGD għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit