+Artikolu 193 Prinċipji għar-rikonoxximent tal-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu
---+Artikolu 193 1.
---+Artikolu 193 2.
---+Artikolu 193 3.
---+Artikolu 193 4.
---+Artikolu 193 5.
---+Artikolu 193 6.
---+Artikolu 193 7.
|
Artikolu 193 Prinċipji għar-rikonoxximent tal-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 193 1.
|
L-ebda skopertura li fir-rigward tagħha istituzzjoni tikseb mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ma għandha tipproduċi ammont ogħla ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju jew ammont ta’ telf mistenni minn skopertura altrimenti identika li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni ma għandha l-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
|
|
Artikolu 193 2.
|
Fejn l-ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju diġà jqis il-protezzjoni tal-kreditu skont il-Kapitolu 2 jew il-Kapitolu 3, skont liema jkun applikabbli, l-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu dik il-protezzjoni tal-kreditu fil-kalkoli skont dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 193 3.
|
Fejn d-dispożizzjonijiet fit-Taqsimiet 2 u 3 jkunu ssodisfatti, l-istituzzjonijiet jistgħu jemendaw il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat u l-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 4, 5 u 6.
|
|
Artikolu 193 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-flus, it-titoli jew il-prodotti mixtrija, mislufa jew dawk irċevuti permezz ta’ transazzjoni ta’ riakkwist jew ta’ transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, bħala kollateral.
|
|
Artikolu 193 5.
|
Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat ikollha aktar minn forma waħda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu li tkopri skopertura waħda, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
(a)
tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull tip ta’ għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;
(b)
tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 193 6.
|
Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat tkopri skopertura waħda bi protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn fornitur ta’ protezzjoni wieħed u dik il-protezzjoni għandha maturitajiet differenti, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
(a)
tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;
(b)
tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 193 7.
|
Kollateral li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti f'dan il-Kapitolu jista' jiġi rrikonoxxut anki għal skoperturi assoċjati ma' faċilitajiet mhux miġbudin, meta l-ġbid skont il-faċilità jkun kundizzjonali fuq ix-xiri jew ir-riċeviment preċedenti jew simultanju ta' kollateral sal-punt tal-interess tal-istituzzjoni fil-kollateral ladarba tinġibed il-faċilità, b'tali mod li l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda interess fil-kollateral sa fejn ma tinġibidx il-faċilità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|