|
+Artikolu 213 1. |
Artikolu 213 1.Soġġett għall-Artikolu 214(1), il-protezzjoni ta' kreditu minn garanzija jew minn derivattiv ta' kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-protezzjoni tal-kreditu tkun diretta;
(b)
ikun hemm definizzjoni ċara u inkontrovertibbli ta' sa fejn tasal il-protezzjoni tal-kreditu;
(c)
il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola, li t-twettiq tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti, li:
(i)
tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni jħassar jew jibdel il-protezzjoni ta' kreditu b'mod unilaterali;
(ii)
iżżid l-ispiża effettiva tal-protezzjoni ta' kreditu bħala konsegwenza ta' deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura protetta;
(iii)
tista' tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat li jħallas fil-ħin f'każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas xi pagament dovut, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta' rikonoxximent tal-valur reżidwu garantit skont l-Artikoli 134(7) u 166(4);
(iv)
tista' tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni ta' kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni;
(d)
il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li jkunu rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-protezzjoni ta' kreditu offruta mill-garanti, ma għandhiex tiskwalifika dik il-protezzjoni ta' kreditu milli tkun eliġibbli. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-fornitur tal-protezzjoni jista' jagħmel pagament wieħed ta' somma f'daqqa tal-flejjes kollha dovuti skont il-pretensjoni, jew jista' jassumi l-obbligi ta' pagament futuri tad-debitur koperti mill-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|