|
+Artikolu 243 1. |
Artikolu 243 1.Il-pożizzjonijiet fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw, fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fil-programm ABCP, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali, il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli, piż ta’ riskju ugwali għal jew iżgħar minn 75 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun fil-livell tal-konsumatur jew 100 % għal kull skopertura oħra; u
(b)
il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-livell tal-programm ABCP ma jaqbiżx it-2 % tal-valur aggregat tal-iskoperturi kollha fil-programm ABCP fil-mument li żdiedu l-iskoperturi fil-programm ABCP. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta’ klijenti konnessi, sa fejn jaf l-isponsor, għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni. Fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax meta r-riskju tal-kreditu ta’ dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b’mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b’konformità mal-Kapitolu 4, dment li, f’dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, ditti tal-investiment, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni. Fil-każ ta’ valuri residwi titolizzati tal-kiri, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta’ rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn legalment infurzabbli ta’ xiri mill-ġdid jew rifinanzjament tal-iskopertura f’ammont stabbilit minn qabel minn parti terza eliġibbli skont l-Artikolu 201(1). Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn istituzzjoni tapplika l-Artikolu 248(3), jew tkun ingħatat il-permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 265, il-piż tar-riskju li dik l-istituzzjoni tassenja għal faċilità ta’ likwidità li tkopri kompletament l-ABCP maħruġa taħt il-programm huwa ugwali għal 100 % jew inqas; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|