+Artikolu 321 Inklużjoni ta' telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti
---+Artikolu 321 1.
---+Artikolu 321 2.
|
Artikolu 321 Inklużjoni ta' telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 321 1.
|
It-telf li jirriżulta minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti għandu jiġi inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf malli l-elementi tal-indikatur tan-negozju relatati ma' dawk l-entitajiet jew l-attivitajiet jiġu inklużi fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tal-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 315(1). Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu t-telf osservat matul perjodu ta' 10 snin qabel l-akkwiżizzjoni jew il-fużjoni.
|
|
Artikolu 321 2.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-aġġustamenti għas-sett ta' data dwar it-telf tagħhom wara l-inklużjoni tat-telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|