|
+Artikolu 446 1. |
Artikolu 446 1.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-karatteristiċi u l-elementi ewlenin tal-qafas ta' ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom;
(b)
ir-rekwiżit ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali ugwali għall-komponent tal-indikatur tan-negozju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 313;
(c)
l-indikatur tan-negozju, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 314(1), u l-ammonti ta' kull wieħed mill-komponenti tal-indikatur tan-negozju u s-subkomponenti tagħhom għal kull waħda mit-tliet snin rilevanti għall-kalkolu tal-indikatur tan-negozju;
(d)
l-ammont tat-tnaqqis tal-indikatur tan-negozju għal kull esklużjoni mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2), kif ukoll il-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għal tali esklużjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|