|
+Artikolu 458 2. |
Artikolu 458 2.Fejn l-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tidentifika bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku u li dik l-awtorità tqis li ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta' għodod makroprudenzjali oħra stipulati f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE b'mod effettiv daqs l-implimentazzjoni ta' miżuri nazzjonali aktar stretti, hija għandha tinnotifika dan lill-Kummissjoni u lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-ABE mingħajr dewmien. In-notifika għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin u tinkludi, fejn adatt, evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva rilevanti dwar:
(a)
il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku;
(b)
ir-raġunijiet għalfejn tali bidliet jistgħu joħolqu theddida għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali jew għall-ekonomija reali;
(c)
spjegazzjoni dwar għaliex l-awtorità tqis li l-għodod makroprudenzjali stipulati fl-Artikoli 124 u 164 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 133 u 136 tad-Direttiva 2013/36/UE jkunu inqas adatti u effettivi biex jittrattaw dawk ir-riskji milli l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu;
(d)
l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, jew subsett ta' dawk l-istituzzjonijiet, maħsuba għall-mitigazzjoni tal-bidliet fl-intensità ta' riskju u dwar:
(i)
il-livell ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92;
(ii)
ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;
(iii)
rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fil-Parti Sitta;
(iv)
ponderazzjonijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u tal-proprjetà immobbli kummerċjali;
(v)
ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fil-Parti Tmienja;
(vi)
il-livell tal-buffer ta' konservazzjoni tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE; jew
(vii)
skoperturi fi ħdan is-settur finanzjarju;
(e)
spjegazzjoni dwar għalfejn l-abbozz ta' miżuri jitqiesu mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 li jkunu adatti, effettivi u proporzjonati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni; u
(f)
valutazzjoni tal-impatt pożittiv jew negattiv probabbli tal-abbozz ta' miżuri dwar is-suq intern ibbażata fuq informazzjoni li tkun disponibbli għall-Istat Membru konċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|