+Artikolu 486 Limiti għall-anterjorità ta’ elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2
---+Artikolu 486 1.
---+Artikolu 486 2.
---+Artikolu 486 3.
---+Artikolu 486 4.
---+Artikolu 486 5.
---+Artikolu 486 6.
|
Artikolu 486 Limiti għall-anterjorità ta’ elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 486 1.
|
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, dan l-Artikolu għandu jillimita sa fejn dawk l-istrumenti u l-elementi msemmija fl-Artikolu 484 jistgħu jikkwalifikaw bħala fondi proprji.
|
|
Artikolu 486 2.
|
L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(3) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont nominali ta’ kapital imsemmi fl-Artikolu 484(3) li kienu nħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2012;
(b)
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-elementi msemmija fil-punt (a).
|
|
Artikolu 486 3.
|
L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(4) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali huwa limitat għall-perċentwal applikabbli multiplikat bir-riżultat tat-tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (c) sa (f) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(4), li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;
(b)
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);
(c)
l-ammont ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 484(4) li fil-31 ta’ Diċembru 2012 jkunu qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) u l-Artikolu 66(1a) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(d)
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (c);
(e)
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(4) li kienu nħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2012 iżda li ma jikkwalifikawx bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 489(4);
(f)
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e).
|
|
Artikolu 486 4.
|
L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tar-riżultat ta’ tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (e) sa (h) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(5) li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;
(b)
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);
l-ammont nominali ta' kapital subordinat ta' self li jkun baqa' maħruġ fil-31 ta' Diċembru 2012, imnaqqas bl-ammont ◄ meħtieġ skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (c) tal-Artikolu 64(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(d)
l-ammont nominali tal-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5), għajr l-istrumenti u l-kapital subordinat ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (c) ta’ dan il-paragrafu, li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012;
(e)
l-ammont nominali tal-istrumenti u l-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(f)
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e);
(g)
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 490(4);
(h)
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (g).
|
|
Artikolu 486 5.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-perċentwali applikabbli msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:
(a)
60 % sa 80 % matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
(b)
40 % sa 70 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015.
(c)
20 % sa 60 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
(d)
0 % sa 50 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017;<0
(e)
0 % sa 40 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018;
(f)
0 % sa 30 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019;
(g)
0 % sa 20 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
(h)
0 % sa 10 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
|
|
Artikolu 486 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw il-perċentwali applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|