+Artikolu 500 3.
|
Artikolu 500 3.
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2026, u kull sentejn wara dan, tivvaluta jekk il-livell ta' skoperturi inadempjenti fil-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ikunx żdied b'mod sinifikanti, jekk tkunx qed tistenna deterjorament sinifikanti fil-kwalità tal-assi tal-istituzzjonijiet, u jekk il-grad ta' żvilupp tas-swieq sekondarji għal skoperturi inadempjenti jkunx adegwat biex jiżgura ċessjonijiet effiċjenti ta' skoperturi inadempjenti mill-istituzzjonijiet, filwaqt li tqis ukoll l-iżviluppi regolatorji dwar it-titolizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-adegwatezza tad-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 u għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi estiż, introdott mill-ġdid jew emendat, kif meħtieġ, l-aġġustament previst f'dan l-Artikolu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|