|
+Artikolu 510 4. |
Artikolu 510 4.L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi stipulati fl-Artikoli 428s(2) u 428at(2), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li jiġi adottat fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew miżura iktar sensittiva għar-riskju sat-28 ta' Ġunju 2024. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
(a)
l-opportunità li ssir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi marġinati u mhux marġinati;
(b)
l-opportunità li jitneħħa, jiżdied jew jiġi sostitwit ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 428s(2) u fl-Artikolu 428at(2);
(c)
l-opportunità li jinbidel b'mod aktar ġenerali t-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi fil-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, kif stipulat fl-Artikolu 428d, l-Artikoli 428k(4) u 428s(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag, l-Artikoli 428ah(2), 428al(4) u 428at(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ay u l-Artikolu 428az(2), biex ikopri aħjar ir-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk il-kuntratti fuq l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli;
(d)
l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-kuntratti tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|