+30. Ċerti elementi oġġettivi jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-kapaċità operattiva …
|
30. Ċerti elementi oġġettivi jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-kapaċità operattiva …
Ċerti elementi oġġettivi jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-kapaċità operattiva tal-istituzzjoni li tipprovdi attivitajiet bankarji u ta’ investiment, anki mingħajr ma tikser ir-rekwiżiti regolatorji tal-fondi proprji u tal-likwidità. Tali ċirkostanzi u avvenimenti, meta ma jkunux kontinġenti u ma jkunux jistgħu jitneħħew b’mod f’waqtu u effikaċi, għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ jekk l-istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew x’aktarx li tfalli. Fost l-oħrajn, l-indikaturi taċ-ċirkostanzi u l-avvenimenti negattivi jinkludu: - a. in-nuqqas ta’ abbiltà tal-istituzzjoni, minħabba limitazzjonijiet operattivi persistenti, li tibqa’ tissodisfa l-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, b’mod partikolari, in-nuqqas li tibqa’ tipprovdi sigurtà għall-assi fdati lilha mid-depożituri tagħha;
- b. in-nuqqas ta’ abbiltà tal-istituzzjoni li tagħmel jew tirċievi pagamenti u, b’hekk, li twettaq l-attivitajiet bankarji tagħha minħabba limitazzjonijiet operattivi persistenti;
- c. it-telf ta’ fiduċja mill-istituzzjoni fis-suq u fid-depożituri minħabba riskji operattivi, li jwassal għal sitwazzjoni fejn l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tibqa’ twettaq l-attivitajiet ta’ negozju tagħha (kif muri min-nuqqas ta’ rieda tal-kontropartijiet tagħha u ta’ partijiet interessati oħrajn li jinnegozjaw mal-istituzzjoni jew jipprovdulha kapital u, fejn rilevanti, mill-intenzjoni tal-kontropartijiet eżistenti li jitterminaw il-kuntratti tagħhom, inkluż assalt bankarju).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|