+25. Dwar l-istabbiliment u l-governanza tal-oqfsa tal-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji …

25. Dwar l-istabbiliment u l-governanza tal-oqfsa tal-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji …

Dwar l-istabbiliment u l-governanza tal-oqfsa tal-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza globali, inkluż ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni tal-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji, inkluż il-livell tal-korp tal-ġestjoni u l-ġestjoni għolja fil-grupp, li jkopri:
  • i. it-teħid tar-riskji, il-ġestjoni tar-riskji u l-kontroll tar-riskji b'mod ġenerali;
  • ii. l-ICAAP u l-ILAAP u l-komponenti prinċipali tagħhom, inkluż inter alia , l-identifikazzjoni tar-riskji, il-kejl tar-riskji, l-ittestjar tal-istress, l-ippjanar tal-kapital u l-likwidità, strutturi tal-limiti, ksur tal-limiti, proċeduri tal-eskalazzjoni eċċ.);
  • b. deskrizzjoni tal-linji tar-rappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar regolari lill-korp tal-ġestjoni li jkopri l-ġestjoni tar-riskji u l-kontroll tar-riskji;
  • c. deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn il-kejl tar-riskji u l-monitoraġġ u prattiki ta' teħid tar-riskji attwali (eż. l-istabbiliment tal-limiti, il-monitoraġġ, l-itrattar tal-ksur eċċ.);
  • d. deskrizzjoni tal-proċessi u l-arranġamenti li jiżguraw li l-istituzzjoni għandha qafas robust u integrat stabbilit għall-ġestjoni tar-riskji materjali tagħhom u l-evoluzzjoni tagħhom, inkluż (1) l-interazzjoni u l-integrazzjoni bejn l-ICAAP u l-ILAAP, (2) l-interazzjoni bejn il-ġestjoni ta' diversi kategoriji ta' riskji u l-ġestjoni ta' riskji tal-istituzzjoni kollha, (3) l-integrazzjoni tal-ICAAP u l-ILAAP fil-ġestjoni tar-riskji u l-ġestjoni globalita' istituzzjoni, inkluż fil-ġestjoni tal-prestazzjoni u l-ipprezzar;
  • e. fejn adegwat, deskrizzjoni tas-separazzjoni tal-kompiti fi ħdan il-grupp, skema ta' protezzjoni istituzzjonali jew netwerk kooperattiv li jikkonċerna l-ġestjoni tar-riskji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/