+56. Minbarra l-informazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.1-7.7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
56. Minbarra l-informazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.1-7.7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
Minbarra l-informazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.1-7.7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li huma jirċievu mill-istituzzjonijiet l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti kollha, inkluż il-minuti tal-kumitati rilevanti u l-laqgħat tal-korp tal-ġestjoni li jevidenzjaw stabbiliment u implimentazzjoni sodi tal-ILAAP u b'mod partikolari: - a. l-approvazzjoni tal-istabbiliment globali tal-ILAAP;
- b. l-approvazzjoni tal-elementi tal-ILAAP ewlenin, bħall-pjan ta' finanzjament, il-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità, il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-likwidità, is-suppożizzjonijiet tat-test tal-istress u l-konklużjonijiet dwar ir-riżultati, aptit għar-riskju tal-finanzjament u likwidità speċifika, kompożizzjoni u daqs immirat tal-bafer tal-assi likwidi, eċċ.;
- c. evidenza ta' diskussjoni dwar (bidliet) fil-profil tar-riskji tal-likwidità u tal-finanzjament, il-limitazzjoni tal-ksur, eċċ., inkluż deċiżjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-ġestjoni jew deċiżjonijiet espliċiti biex ma tittieħed l-ebda azzjoni;
- d. eżempji ta' deċiżjonijiet sinifikanti fil-kumitati tal-approvazzjoni tal-prodotti l-ġodda li jevidenzjaw, jekk ikun applikabbli, l-użu tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-likwidità (LTP, liquidity transfer pricing) u l-fehmiet tar-riskji f'dawn id-deċiżjonijiet;
- e. evidenza ta' diskussjoni tal-analiżi tal-fattibbiltà tal-pjan ta' finanzjament ibbażat fuq (il-bidliet) fil-volatilità u l-fond tas-swieq;
- f. evidenza ta' deċiżjonijiet fuq l-azzjonijiet tal-ġestjoni relatati mar-riskju tal-likwidità intraġurnata wara eskalazzjoni interna minħabba avvenimenti ta' likwidità intraġurnata;
- g. evidenza ta' diskussjoni tar-riżultat tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità u deċiżjoni dwar kwalunkwe (nuqqas ta') azzjoni tal-ġestjoni;
- h. evidenza ta' diskussjoni dwar l-ittestjar regolari tal-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità u deċiżjonijiet dwar l-aġġustament tal-azzjonijiet tal-ġestjoni elenkati fil-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità;
- i. deċiżjoni li għandha x'taqsam mad-daqs u l-kompożizzjoni tal-bafer tal-assi tal-likwidità;
- j. evidenza ta' diskussjoni dwar l-ittestjar tal-valur tal-likwidità u taż-żmien meħtieġ għall-bejgħ jew repo, l-assi inklużi fil-bafer tal-assi tal-likwidità;
- k. fejn disponibbli, l-awtovalutazzjonijiet interni li fihom l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu l-opportunità biex jiġġustifikaw il-livell ta' konformità tagħhom kontra kriterji pubblikament disponibbli dwar il-kontroll u l-ġestjoni tar-riskji li jaffettwaw l-ILAAP.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|