+41. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - metodoloġija u l - …

41. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - metodoloġija u l - …

Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - metodoloġija u l - proċessi applikati mill - istituzzjoni biex jiġu identifikati s - sistemi u s - servizzi tal- ICT li huma kritiċi, filwaqt li jitqies li ċerti sistemi u servizzi tal - ICT jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kritiċi mill - istituzzjoni minn perspettiva ta’ kontinwità u disponibbiltà tan - negozju, perspettiva ta’ sigurtà (eż. prevenzjoni tal - frodi) u/jew perspettiva ta’ kunfidenzjalità (eż. data kunfidenzjali). Meta jwettqu r - reviżjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu r - reviżjoni tagħhom filwaqt li jqisu li sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT mill - inqas għandhom jissodisfaw waħda mill -kundizzjon ijiet li ġejjin:

  • a. li jappoġġjaw l - operazzjonijiet tan - negozju u l - mezzi ta’ distribuzzjoni ewlenin (eż. ATMs, ibbankjar bl- internet u bil - mowbajl) tal -istituzzjoni;
  • b. li jappoġġjaw proċessi ta’ governanza u funzjonijiet korporattivi essenzjali, inkluż il - ġestjoni tar - riskju (eż. sistemi tal - ġestjoni tar -riskju u l- immaniġġjar tal - flus);
  • c. li jaqgħu taħt rekwiżiti legali jew regolatorji speċjali (jekk hemm) li jimponu rekwiżiti ta’ disponibbiltà, reżiljenza, kunfidenzjalità jew sigurtà miżjuda (eż. leġiżlazzjo ni dwar il- protezzjoni tad- data jew il - possibbiltà ta’ “Għanijiet tal - Ħin ta’ Rkupru” (RTO, iż - żmien massimu li fih għandhom jiġu restawrati sistema jew proċess wara inċident) u “Għan tal - Punt ta’ Rkupru” (RPO, il - perjodu massimu ta’ żmien li matulu tista’ tintilef data f’każ ta’ inċident)) għal ċerti servizzi sistematikament importanti (jekk u fejn applikabbli));
  • d. li jipproċessaw jew jaħżnu data kunfidenzjali jew sensittiva li aċċess mhux awtorizzat għaliha jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq ir - reputazzjo ni u r- riżultati finanzjarji tal - istituzzjoni jew is - solidità u l - kontinwità tan - negozju tagħha (eż. bażijiet ta’ data b'data sensittiva dwar il - klijenti); u/jew
  • e. li jipprovdu l - funzjonalitajiet bażiċi li huma vitali għall - funzjonament xieraq tal- istituzzjoni (eż. servizzi ta’ telekomunikazzjoni u konnettività, servizzi tal - ICT u taċ - ċibersigurtà).

3.2.3 Identifikazzjoni ta’ riskji materjali tal-ICT għal Sistemi u Servizzi kritiċi tal-ICT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/