+50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir -rwoli u l- responsabbiltajiet tal - …

50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir -rwoli u l- responsabbiltajiet tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir -rwoli u l- responsabbiltajiet tal - ġestjoni tar -riskju applikabbli jiġu inkorporati u integrati fl - organizzazzjoni interna biex jiġu mmaniġġjati u sorveljati r -riskji materjali tal - ICT identifikati. F'dan ir- rigward, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni turix:

  • a. rwoli u responsabbiltajiet ċari għall - identifikazzjoni, il - valutazzjoni, il - monitoraġġ, il - mitigazzjoni, ir -rappurtar u s- sorveljanza tar - riskju materjali tal - ICT involut;
  • b. li r- responsabbiltajiet u r -rwoli tar- riskju jiġu kkomunikati, allokati u inkorporati b’mod ċar fil - partijiet (eż. linji tan - negozju, IT) u l - proċessi rilevanti kollha tal - organizzazzjoni, inkluż ir - rwoli u r- responsabbiltajiet għall - ġbir u l - aggregazzjon i tal- informazzjoni tar -riskju u r-rappurtar tagħha lill - maniġment superjuri u/jew lill - korp maniġerjali;
  • c. li l- attivitajiet tal - ġestjoni tar -riskju tal- ICT jitwettqu b’riżorsi umani u tekniċi xierqa b’mod kwalitattiv u suffiċjenti. Biex tiġi vvalutata l -k redibbiltà tal - pjanijiet ta’ mitigazzjoni tar - riskju applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jivvalutaw jekk l -istituzzjoni tkunx allokat biżżejjed baġits finanzjarji u/jew riżorsi meħtieġa oħrajn għall - implimentazzjoni tagħhom;
  • d. segwitu u rispons xieraq tal - korp maniġerjali rigward sejbiet importanti mill - funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti rigward ir - riskju(i) tal - ICT, li jqisu d - delegazzjoni possibbli ta’ ċerti aspetti għal kumitat, fejn dan jeżisti; u
  • e. li eċċezzjonijiet minn regolamenti u politiki tal- ICT applikabbli jiġu rreġistrati u soġġetti għal reviżjoni u rappurtar dokumentati mill - funzjoni ta’ kontroll indipendenti b’attenzjoni fuq ir - riskji relatati.

3.3.3 Kopertura u sejbiet tal-awditjar intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/