+54. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk …

54. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk …

Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas:

  • a. jidentifikax il - proċessi kritiċi tal -ICT u s- sistemi ta’ appoġġ tal - ICT rilevanti li għandhom ikunu parti mill - pjanijiet ta’ kontinwità u reżiljenza tan - negozju b’:
  • i. analiżi komprensiva tad - dipendenzi bej n il- proċessi kritiċi tan - negozju u s - sistemi ta’ appoġġ;
  • ii. determinazzjoni ta’ għanijiet ta’ rkupru għas - sistemi ta’ appoġġ tal - ICT (eż. tipikament determinati min - negozju u/jew mir - regolamenti f’termini ta’ RTO u RPO);
  • iii. ippjanar ta’ kontinġenza xieraq biex id- disponibbiltà, il - kontinwità u l - irkupru ta’ sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT ikunu jistgħu jimminimizzaw it - tfixkil tal - operazzjonijiet ta’ istituzzjoni fi ħdan limiti aċċettabbli.
  • b. ikollux reżiljenza tan - negozju, politiki u standards ambjentali dwar il-kontroll tal- kontinwità u kontrolli operazzjonali li jinkludu:
  • i. Miżuri biex jiġi evitat li xenarju, inċident jew diżastru wieħed ikun jista’ jħalli impatt kemm fuq is- sistemi ta’ produzzjoni kif ukoll fuq dawk ta’ rkupru tal -ICT;
  • ii. proċeduri ta’ backup u ta’ rkupru tas - sistema tal - ICT għal softwer u data kritiċi, li jiżguraw li dawn il- backups jinħażnu f’post sigur u biżżejjed remot, sabiex inċident jew diżastru ma jkunx jista’ jeqred jew jikkorrompi din id -data kritika;
  • iii. sistemi ta’ monitoraġġ għad - detezzjoni f’waqtha ta’ inċidenti ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT;
  • iv. proċess dokumentat ta’ ġestjoni u eskalazzjoni dwar l - inċidenti, li jipprovdi wkoll gwida dwar ir - rwoli u r- responsabbiltajiet differenti tal - ġestjoni u l - eskalazzjoni dwar l - inċidenti, il - membri tal - kumitat(i) tal - kriżi u l - linja ta’ kmand f’każ ta’ emerġenza;
  • v. miżuri fiżiċi li kemm jipproteġu l - infrastruttura kritika tal -ICT tal- istituzzjoni (eż. ċentri tad - data) minn riskji ambjentali (eż. għargħar u diżastri naturali oħrajn) kif ukoll li jiżguraw ambjent operattiv xieraq għal sistemi tal - ICT (eż. arja kundizzjonata);
  • vi. proċessi, rwoli u responsabbiltajiet biex jiġi żgurat ukoll li sistemi u servizzi esternalizzati tal -ICT ikunu koperti wkoll minn soluzzjonijiet u pjanijiet ta’ reżiljenza u kontinwità xierqa tan - negozju;
  • vii. ippjanar tal- prestazzjoni u l - kapaċità tal - ICT u soluzzjonijiet ta’ monitoraġġ tal - ICT għal sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT b’rekwiżiti definiti ta’ disponibbiltà, għad - detezzjoni f'waqtha ta’ limitazzjonijiet importanti fuq il - prestazzjoni u l - kapaċità;
  • viii. soluzzjonijiet biex jiġu protetti attivitajiet jew servizzi kritiċi tal - internet (eż. servizzi tal - e - banking), fejn meħtieġ u xieraq, kontra ċ - ċaħda mis - servizz u ċiberattakki oħrajn mill - internet, bl- għan li jipprevjenu jew ixekklu l - aċċess għal dawn l - attivitajiet u s - servizzi.
  • c. jittestjax soluzzjonijiet ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT, kontra firxa ta’ xenarji realistiċi fosthom ċiberattakki, testijiet ta’ fail - over u testijiet ta’ back - ups għal softwer u data kritiċi li:
  • i. huma ppjanati, formalizzati u dokumentati, u r - riżultati tat - testijiet jintużaw biex tissaħħaħ l - effettività tas - soluzzjonijiet ta’ disponibbiltà u kontinwità tal -ICT;
  • ii. jinkludu partijiet ikkonċernati u funzjonijiet fi ħdan l - organizzazzjoni, bħall - ġestjoni tal -linja operatorja, inkluż il - kontinwità tan - negozju, timijiet ta’ rispons f’każ ta’ inċident jew kriżi, kif ukoll partijiet ikkonċernati esterni rilevanti fl - ekosistema;
  • iii. il- korp maniġerjali u l - maniġment superjuri huma involuti fihom b’mod xieraq (eż. bħala parti mit - timijiet tal - ġestjoni tal - kriżijiet) u jiġu informati dwar ir - riżultati tat - testijiet.
  • (b) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ sigurtà materjali tal-ICT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/