+57. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
|
57. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - ftehim, il - kejl u l - mitigazzjoni tar -riskju tal- integrità tad -data tal-ICT proporzjonali man - natura, l -iskala u l- kumplessità tal - attivitajiet tal -istituzzjoni u tal- profil tar -riskju tal-ICT tal-istituzzjoni. Il- qafas tal - istituzzjoni għandu jikkunsidra r - riskji assoċjati mal - preservazzjoni tal - integrità tad- data maħżuna u pproċessata mis - sistemi tal - ICT. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas jikkunsidrax: - a. politika li tiddefinixxi r -rwoli u r- responsabbiltajiet għall - ġestjoni tal - integrità tad - data fis - sistemi tal- ICT (eż. perit tad - data, uffiċjali tad -data6 , kus todji tad-data7 , sidien/amministraturi (stewards) tad-data8 ) u li tipprovdi gwida dwar liema data hi kritika minn perspettiva ta’ integrità tad -data u liem għandha tkun soġġetta għal kontrolli (eż. kontrolli tal - validazzjoni tal - input awtomatizzati, kontrolli tat- trasferiment tad - data, rekonċiljazzjonijiet, eċċ.) jew reviżjonijiet (eż. verifika tal - kompatibbiltà mal - arkitettura tad - data) speċifiċi tal - ICT fil - fażijiet differenti taċ - ċiklu tal - ħajja tad - data tal-ICT;
- b. arkitettura tad - data, mudell u/jew dizzjunarju tad - data dokumentat, li jkun validat ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti tan - negozju u tal - IT biex tiġi żgurata l - konsistenza tad - data meħtieġa madwar is- sistemi tal - ICT u biex jiġi żgurat li l - arkitettura ta d- data, il - mudell u/jew id -dizzjunarju tad-data jibqgħu allinjati mal - ħtiġijiet tal - ġestjoni tan - negozju u tar -riskju;
- c. politika li tirrigwarda l- użu permess ta’ u d - dipendenza fuq l - Informatika tal - Utent Finali, b’mod partikolari li tirrigwarda l- identifikazzjoni, ir - reġistrazzjoni u d - dokumentazzjoni ta’ soluzzjonijiet importanti tal - informatika tal - utent finali (eż. meta tiġi pproċessata data importanti) u l - livelli ta’ sigurtà mistennija biex jiġu evitati modifiki mhux awtorizzati, kemm fl - għodda nnifisha, kif ukoll fid - data maħżuna fiha;
- d. proċessi dokumentati tat - trattament tal - eċċezzjonijiet biex jiġu solvuti kwistjonijiet ta’ integrità tad - data tal- ICT identifikati f’konformità mal - kritikalità u s - sensittività tagħhom.
6 Uffiċjal tad - data hu responsabbli għall -ippro ċessar u l - użu tad -data. 7 Kustodju tad- data hu responsabbli għall - kustodja, it -trasport u l- ħżin sigur tad -data. 8 Amministratur tad - data hu responsabbli għall - ġestjoni u l - idoneità tal - elementi tad -data – kemm il - kontenut kif ukoll il - metadata.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|