+80. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu approċċ xieraq bejn approċċ ibbażat fuq it-trikkib u …
|
80. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu approċċ xieraq bejn approċċ ibbażat fuq it-trikkib u …
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu approċċ xieraq bejn approċċ ibbażat fuq it-trikkib u approċċ ibbażat fuq perjodu ta’ żmien ta’ sena li ma jirkbux ‘il xulxin, sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta’ inadempjenza medja osservata bbażata fuq analiżi dokumentata. Jenħtieġ li din l-analiżi tinkludi mill-inqas dawn li ġejjin: - (a) analiżi tal-preġudizzju possibbli minħabba l-proporzjon ta’ kuntratti fuq perjodu qasir u mitmuma li ma jistgħux jiġu osservati matul il-perjodi ta’ sena rilevanti;
- (b) analiżi tal-preġudizzju possibbli minħabba d-dati tal-kalkolu speċifiċi li ntgħażlu;
- (c) għall-istituzzjonijiet li jużaw perjodi ta’ żmien ta’ sena li jirkbu ‘l xulxin, analiżi tal-preġudizzju potenzjalment sinifikanti minħabba ppeżar żejjed impliċitu tal-perjodu ta’ żmien ta’ trikkib;
- (d) analiżi tal-preġudizzju potenzjalment sinifikanti minħabba effetti staġunali relatati mad-dati tal-kalkolu li ntgħażlu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|