+184. Fir -rigward tar- riskju tal - ICT u tas - sigurtà , l- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu …

184. Fir -rigward tar- riskju tal - ICT u tas - sigurtà , l- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu …

Fir -rigward tar- riskju tal - ICT u tas - sigurtà55 , l- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - qafas ta’ ġestjoni se jiżgura l - funzjonament sod, affidabbli u sigur tas - sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li jappoġġaw l -attivitajiet tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll il- prevenzjoni, il - monitoraġġ u l - mitigazzjoni adegwa ti tar- riskji tal - ICT fi żminijiet normali u matul żminijiet ta’ stress. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari:

  • (a) jekk il- korp ta’ ġestjoni għandux responsabbiltà ġenerali għall - istabbiliment, l - approvazzjoni u s - sorveljanza tal -im plimentazzjoni tal - istrateġija tal - ICT tal - istituzzjonijiet finanzjarji, li għandha tkun allinjata mal - istrateġija ġenerali tan - negozju tal - istituzzjonijiet finanzjarji;
  • (b) id- definizzjoni ċara u l - attribuzzjoni ta’ rwoli u responsabbiltajiet ewlenin, u linji ta’ rappurtar rilevanti, biex il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tal - ICT u tas - sigurtà jkun effettiv, inkluża l - allokazzjoni ta’ baġit xieraq biex jiġu appoġġati b’mod adegwat il - ħtiġijiet operazzjonali tal - ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà u l - ICT;
  • (c) jekk il- ġestjoni u s - sorveljanza tar - riskji tal - ICT u tas - sigurtà humiex fdati lil funzjoni ta’ kontroll indipendenti u oġġettiva, segregata b’mod xieraq mill - proċessi operazzjonali tal - ICT u mhux responsabbli għal kwalunkwe awditu intern, u funzjoni indip endenti ta’ awditu intern;
  • (d) l- arranġamenti biex jiġu żgurati l - identifikazzjoni, l - istabbiliment u ż - żamma tal -immappjar aġġornat tal - funzjonijiet tan - negozju, tar -rwoli u tal- proċessi ta’ appoġġ biex tiġi identifikata l- importanza ta’ kull waħda mill -inter dipendenzi tagħhom fir -rigward tar- riskji tal- ICT u tas - sigurtà;
  • (e) sa fejn l - informazzjoni tinżamm fuq is - sistemi tal - ICT, jekk ir - rekwiżiti għas - sigurtà tal - informazzjoni humiex se jkunu fis - seħħ;
  • (f) l- iskala, il - kumplessità u l - importanza tad - dipendenzi relat ati mal- ICT, jekk tkun prevista l - esternalizzazzjoni tal - funzjonijiet operattivi tas - servizzi tal - ICT u kwalunkwe attività tas - sistemi tal - ICT – inkluż lil entitajiet fi grupp – jew l- użu ta’ partijiet terzi fir -rigward ta’ tali funzjonijiet u attività.

55 Kif definit fil - Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà tal -ICT , “riskju tal- ICT u tas - sigurtà” tfisser: “Riskju ta’ telf minħabba ksur tal - kunfidenzjalità, nuqqas ta’ integrità tas - sistemi u tad - data , nuqqas ta’ adegwatezza jew nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sistemi u data jew nuqqas ta’ kapaċità li tinbidel it - teknoloġija tal - informazzjoni (IT) fi żmien raġonevoli u bi spejjeż raġonevoli meta jinbidlu r - rekwiżiti ambjentali jew tan - negozju (jiġifieri aġilità). Dan jinkludi riskji għas - sigurtà li jirriżultaw minn proċessi interni inadegwati jew falluti jew avvenimenti esterni inklużi attakki ċibernetiċi jew sigurtà fiżika inadegwata”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/