+Titolu III - Dispożizzjonijiet dwar l - istima tal - kostijiet u t - telf annwali aggregati ta’ inċidenti maġġuri relatati mal -ICT
---+5. L- entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw il - kostijiet u t - telf annwali aggregati ta’ …
---+6. L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fl - istima l - inċidenti kollha relatati mal - ICT …
---+7. L- entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw il - kostijiet u t - telf annwali aggregati billi …
---+8. Bħala bażi għall - istimi, l - entitajiet finanzjarji għandhom jirreferu għall - kostijiet, it - …
---+9. L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu aġġustamenti fuq il - kostijiet u t - telf ta’ stima …
---+10. L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll fir - rapport tal - istima tagħhom tal - …
---+11. L- entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il - mudell fl - Anness biex jissottomettu lill - …

Titolu III - Dispożizzjonijiet dwar l - istima tal - kostijiet u t - telf annwali aggregati ta’ inċidenti maġġuri relatati mal -ICT

Titolu III - Dispożizzjonijiet dwar l - istima tal - kostijiet u t - telf annwali aggregati ta’ inċidenti maġġuri relatati mal -ICT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
5. L- entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw il - kostijiet u t - telf annwali aggregati ta’ …

L- entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw il - kostijiet u t - telf annwali aggregati ta’ inċidenti maġġuri relatati mal - ICT billi jaggregaw il - kostijiet u t - telf għal inċidenti maġġuri relatati mal - ICT li jaqgħu fis - sena ta’ referenza li għaliha l - awtorità kompetenti tkun talbet l - istima. L - entità finanzjarja tista’ tagħżel jekk is - sena ta’ referenza għandhiex tikkorrispondi jew mas - sena kalendarja kkompletata, jew mas - sena kontabilistika kkompletata tal - entità finanzjarja li għaliha l - entità finanzjarja tkun iffinalizzat id - dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha. Ladarba entità finanzjarja tkun iddeċidiet jekk hijiex se tipprovdi stima bbażata fuq is - sena kalendarja jew is - sena kontabilistika tagħha, tali deċiżjoni għandha tiġi applikata għal stimi futuri ta’ kostijiet u telf annwali aggregati. L - entità finanzjarja tista’ tbiddel dik id - deċiżjoni billi tinnotifika lill - awtorità kompetenti, u dment li l - awtorità kompetenti ma toġġezzjonax fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n - notifika. L - entitajiet finanzjarji ma għandhomx jinkludu kostijiet u telf relatati ma’ dawk l - inċidenti li jaqgħu qabel jew wara dik is - sena ta’ referenza.

6. L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fl - istima l - inċidenti kollha relatati mal - ICT …

L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fl - istima l - inċidenti kollha relatati mal - ICT li, irrispettivament mir - raġuni, ikunu ġew ikklassifikati bħala maġġuri f’konformità mar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni [ OJ L, 2024/1772, 25.6.2024 ]5 dwar il - klassifikazzjoni tal - inċidenti u

  • (a) li għalihom l - entità finanzjarja tkun issottomettiet rapport finali f’konformità mal - Artikolu 19(4)(c) tar - Regolament (UE) 2022/2554 fis - sena ta’ referenza rilevanti, jew
  • (b) kwalunkwe inċident li għalih l - entità finanzjarja tkun issottomettiet fis - snin ta’ referenza preċedenti rapport finali skont l - Artikolu 19(4)(c) tar - Regolament (UE) 2022/2554 li kellu impatt finanzjarju kwantifikabbli fuq l - entità finanzjarja fis - sena ta’ referenza rilevanti.

5 Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2024/1772 tat - 13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r - Regolament (UE) 2022/2554 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il - kriterji għall - klassifikazzjoni ta’ i nċidenti relatati mal - ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d - dettalji tar - rapporti ta’ inċidenti kbar, [ OJ L, 2024/1772, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1772/oj ]

7. L- entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw il - kostijiet u t - telf annwali aggregati billi …

L- entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw il - kostijiet u t - telf annwali aggregati billi japplikaw il - passi sekwenzjali li ġejjin:

  • (a) jistmaw il - kostijiet u t - telf ta’ kull inċident maġġuri relatat mal - ICT kif imsemmi fil - paragrafu 6 b’mod individwali. Dawk l - istimi għandhom jipproduċu l - kostijiet u t - telf gross filwaqt li jqisu t - tipi ta’ kostijiet u telf kif stabbilit fl - Artikolu 7(1) u (2) tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni [ OJ L, 2024/1772, 25.6.2024 ];
  • (b) għal kull inċident maġġuri relatat mal - ICT, l - entitajiet finanzjarji għandhom ukoll jistmaw l - irkupri finanzjarji kif speċifikat fl - Anness II tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni [ OJ L, 2025/302, 20.2.2025 ]6 ;
  • (c) l - entitajiet finanzjarji għandhom jaggregaw il - kostijiet u t - telf gross u l - irkupri finanzjarji f’inċidenti maġġuri relatati mal - ICT.

6 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2025/302 tat - 23 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall - applikazzjoni tar - Regolament (UE) 2022/2554 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tal - formoli, il - mudelli u l - proċeduri standard biex entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċident kbir relatat mal - ICT u jinnotifikaw theddida ċibernetika sinifikanti, [ OJ L, 2025/302, 20.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/302/oj ]

8. Bħala bażi għall - istimi, l - entitajiet finanzjarji għandhom jirreferu għall - kostijiet, it - …

Bħala bażi għall - istimi, l - entitajiet finanzjarji għandhom jirreferu għall - kostijiet, it - telf u l - irkupri finanzjarji li jkunu riflessi fid - dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom bħall - kont tal - profitt u t - telf, jew fejn applikabbli fir - rapportar superviżorju tagħhom, tas - sena ta’ referenza rilevanti. Fl -istima tagħhom, l - entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet ta’ kontabilità li huma riflessi fid - dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom bħall - kont tal - profitt u t - telf tas - sena ta’ referenza rilevanti. Fejn ma tkunx disponibbli data preċiża, l - entitajiet finanzjarji għandhom jibbażaw l -istima tagħhom fuq data u informazzjoni disponibbli oħrajn sa fejn ikun possibbli.

9. L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu aġġustamenti fuq il - kostijiet u t - telf ta’ stima …

L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu aġġustamenti fuq il - kostijiet u t - telf ta’ stima li jkunu ssottomettew għal sena preċedenti fl -istima tas- sena ta’ referenza rilevanti fejn isiru l - aġġustamenti.

10. L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll fir - rapport tal - istima tagħhom tal - …

L- entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll fir - rapport tal - istima tagħhom tal - kostijiet u t - telf annwali aggregati d - diżaggregazzjoni tal - kostijiet u t - telf gross u tal - irkupri finanzjarji għal kull inċident maġġuri relatat mal - ICT li jkun ġie inkluż fl - aggregazzjoni.

11. L- entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il - mudell fl - Anness biex jissottomettu lill - …

L- entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il - mudell fl - Anness biex jissottomettu lill - awtorità kompetenti l - istima tal - kostijiet u t - telf annwali aggregati tagħhom għas - sena ta’ referenza. Għal kull entrata taħt il - paragrafi 6 u 9 li hija inkluża fl -istima tas- sena ta’ referenza, l - entitajiet finanzjarji għandhom jużaw l - istess kodiċijiet ta’ referenza tal - inċidenti pprovduti mill - entità finanzjarja bħal dawk użati fir - rapport finali f’konformità mal - Artikolu 19(4)(c) tar - Regolament (UE) 2022/2554.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/