|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.Meta tivvaluta l-kundizzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
l-għan maħsub tas-sistema tal-IA;
(b)
il-punt sa fejn intużat jew aktarx tintuża sistema tal-IA;
(c)
in-natura u l-ammont tad-data pproċessata u użata mis-sistema tal-IA, b'mod partikolari jekk jiġux ipproċessati kategoriji speċjali ta' data personali;
(d)
il-punt sa fejn is-sistema tal-IA taġixxi b'mod awtonomu u l-possibbiltà li bniedem jegħleb deċiżjoni jew rakkomandazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal ħsara potenzjali;
(e)
il-punt sa fejn l-użu ta' sistema tal-IA diġà kkawża ħsara għas-saħħa u s-sikurezza, kellu impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew wassal għal tħassib sinifikanti fir-rigward tal-materjalizzazzjoni ta' din il-ħsara jew l-impatt negattiv, kif muri, pereżempju, minn rapporti jew allegazzjonijiet dokumentati ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew minn rapporti oħra, skont il-każ;
(f)
il-firxa potenzjali ta' din il-ħsara jew ta' dan l-impatt negattiv, b'mod partikolari f'termini tal-intensità tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jaffettwa diversi persuni jew li jaffettwa b'mod sproporzjonat grupp partikolari ta' persuni;
(g)
il-punt sa fejn il-persuni li potenzjalment issirilhom ħsara jew isofru impatt negattiv ikunu dipendenti fuq l-eżitu prodott b'sistema tal-IA, b'mod partikolari meta għal raġunijiet prattiċi jew legali ma jkunx raġonevolment possibbli li persuna tagħżel li teskludi lilha nnifisha minn dak l-eżitu;
(h)
il-punt sa fejn jeżisti żbilanċ ta' poter, jew il-persuni li potenzjalment issirilhom ħsara jew isofru impatt negattiv ikunu f'pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-implimentatur ta' sistema tal-IA, b'mod partikolari minħabba status, awtorità, għarfien, ċirkostanzi ekonomiċi jew soċjali, jew età;
(i)
il-punt sa fejn l-eżitu prodott bl-involviment ta' sistema tal-IA jista' faċilment jiġi kkoreġut jew imreġġa' lura, b'kunsiderazzjoni għas-soluzzjonijiet tekniċi disponibbli biex jiġi kkoreġut jew mreġġa' lura, fejn l-eżiti li jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa, is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali, ma għandhomx jitqiesu bħala li jistgħu jiġu kkoreġuti jew mreġġgħin lura faċilment;
(j)
il-kobor u l-probabbiltà tal-benefiċċju mill-implimentazzjoni tas-sistema tal-IA għal individwi, gruppi jew għas-soċjetà inġenerali, inkluż titjib possibbli fis-sikurezza tal-prodott;
(k)
il-punt sa fejn il-liġi eżistenti tal-Unjoni tipprevedi:
(i)
miżuri effettivi ta' rimedju fir-rigward tar-riskji maħluqa minn sistema tal-IA, bl-esklużjoni ta' pretensjonijiet għal danni;
(ii)
miżuri effettivi għall-prevenzjoni jew il-minimizzazzjoni sostanzjali ta' dawk ir-riskji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|