|
+Artikolu 13 3. |
Artikolu 13 3.L-istruzzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(b)
il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-IA b'riskju għoli, inkluż:
(i)
l-għan maħsub tagħha;
(ii)
il-livell ta' akkuratezza, inkluż il-metrika, ir-robustezza u ċ-ċibersigurtà tagħha msemmija fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-IA b'riskju għoli u li jista' jkun mistenni, u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli li tista' tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta' akkuratezza, robustezza u ċibersigurtà;
(iii)
kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tas-sistema tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-għan maħsub tagħha jew f'kundizzjonijiet ta' użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista' twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali msemmija fl-Artikolu 9(2);
(iv)
meta applikabbli, il-kapaċitajiet u l-karatteristiċi tekniċi tas-sistema tal-IA b'riskju għoli biex tkun provduta informazzjoni li tkun rilevanti biex tispjega l-output tagħha;
(v)
fejn xieraq, il-prestazzjoni tagħha fir-rigward ta' persuni speċifiċi jew gruppi ta' persuni speċifiċi li s-sistema hi maħsuba li tintuża fuqhom;
(vi)
meta xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f'termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-IA b'riskju għoli;
(vii)
fejn applikabbli, informazzjoni li tippermetti lill-implimentaturi jinterpretaw l-output tas-sistema tal-IA b'riskju għoli u jużawh b'mod xieraq;
(c)
il-bidliet fis-sistema tal-IA b'riskju għoli u fil-prestazzjoni tagħha li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur fil-mument tal-valutazzjoni tal-konformità inizjali, jekk ikun hemm;
(d)
il-miżuri ta' sorveljanza mill-bniedem msemmija fl-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi stabbiliti biex jiffaċilitaw l-interpretazzjoni tal-outputs ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli mill-implimentaturi;
(e)
ir-riżorsi komputazzjonali u ta' hardware meħtieġa, il-ħajja mistennija tas-sistema tal-IA b'riskju għoli u kwalunkwe miżura ta' manutenzjoni u kura meħtieġa, inkluż il-frekwenza tagħhom, biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' dik is-sistema tal-IA, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software;
(f)
fejn ikun rilevanti, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi inklużi fis-sistema tal-IA b'riskju għoli li tippermetti lill-implimentaturi jiġbru, jaħżnu u jinterpretaw tajjeb ir-reġistri f'konformità mal-Artikolu 12. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|