|
+Artikolu 60 4. |
Artikolu 60 4.Il-fornituri jew il-fornituri prospettivi jistgħu jwettqu l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali biss meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
il-fornitur jew il-fornitur prospettiv ikun fassal pjan ta' ttestjar fid-dinja reali u ppreżentah lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fl-Istat Membru fejn ser jitwettaq l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali;
(b)
l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fl-Istat Membru fejn għandu jitwettaq l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali tkun approvat l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali u l-pjan ta' ttestjar fid-dinja reali; meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ma tkunx ipprovdiet tweġiba fi żmien 30 jum, l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali u l-pjan ta' ttestjar fid-dinja reali għandhom jitqiesu bħala li ġew approvati; fejn il-liġi nazzjonali ma tipprevedix approvazzjoni taċita, l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali għandu jibqa' soġġett għal awtorizzazzjoni;
(c)
il-fornitur jew il-fornitur prospettiv, bl-eċċezzjoni ta' fornituri jew fornitur prospettivi tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmija fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi, il-migrazzjoni, l-ażil u l-ġestjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, u s-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmija fil-punt 2 tal-Anness III jkun irreġistra l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali f’konformità mal-Artikolu 71(4) b'numru uniku ta' identifikazzjoni waħdieni għall-Unjoni kollha u bl-informazzjoni speċifikata fl-Anness IX; il-fornitur jew il-fornitur prospettiv tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmija fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi, il-migrazzjoni, l-ażil u l-ġestjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, ikun irreġistra l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali fit-taqsima mhux pubblika sikura tal-bażi tad-data tal-UE skont l-Artikolu 49(4), il-punt (d), b’numru uniku ta’ identifikazzjoni waħdieni għall-Unjoni kollha u bl-informazzjoni speċifikata fih; il-fornitur jew il-fornitur prospettiv tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmija fil-punt 2 tal-Anness III ikun irreġistra l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali f’konformità tal-Artikolu 49(5);
(d)
il-fornitur jew il-fornitur prospettiv li jwettaq l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali jkun stabbilit fl-Unjoni jew ikun ħatar rappreżentant legali li jkun stabbilit fl-Unjoni;
(e)
id-data miġbura u pproċessata għall-fini tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali għandha tiġi ttrasferita lejn pajjiżi terzi biss dment li jkunu implimentati salvagwardji xierqa u applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni;
(f)
l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali ma jdumx aktar milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn sitt xhur, li jistgħu jiġu estiżi għal perjodu ta' sitt xhur oħra, soġġett għal notifika minn qabel mill-fornitur jew mill-fornitur prospettiv lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, akkumpanjat minn spjegazzjoni dwar il-ħtieġa għal tali estensjoni;
(g)
is-suġġetti tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali li huma persuni li jagħmlu parti minn gruppi vulnerabbli minħabba l-età, id-diżabbiltà tagħhom, huma protetti kif xieraq;
(h)
meta fornitur jew fornitur prospettiv jorganizza l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali f'kooperazzjoni ma' implimentatur jew implimentatur prospettiv wieħed jew aktar, dawn tal-aħħar ikunu ġew infurmati dwar l-aspetti kollha tal-ittestjar li huma rilevanti għad-deċiżjoni tagħhom li jipparteċipaw, u mogħtija l-istruzzjonijiet rilevanti dwar l-użu tas-sistema tal-IA msemmija fl-Artikolu 13; il-fornitur jew il-fornitur prospettiv u l-implimentatur jew l-implimentatur prospettiv għandhom jikkonkludu ftehim li jispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet għall-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali skont dan ir-Regolament u skont liġijiet applikabbli oħra tal-Unjoni u nazzjonali;
(i)
is-suġġetti tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali taw kunsens infurmat f'konformità mal-Artikolu 61, jew fil-każ tal-infurzar tal-liġi, meta t-tiftix ta' kunsens infurmat jipprevjeni li s-sistema tal-IA tiġi ttestjata, l-ittestjar innifsu u l-eżitu tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali ma għandu jkollhom ebda effett negattiv fuq is-suġġetti u d-data personali tagħhom għandha titħassar wara li jkun twettaq it-test;
(j)
l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali huwa ssorveljat b'mod effettiv mill-fornitur jew mill-fornitur prospettiv, kif ukoll mill-implimentaturi jew l-implimentaturi prospettivi permezz ta' persuni li huma kkwalifikati kif xieraq fil-qasam rilevanti u li għandhom il-kapaċità, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom;
(k)
il-previżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tas-sistema tal-IA jistgħu jitreġġgħu lura u jiġu injorati b'mod effettiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|