+Artikolu 72 4.
|
Artikolu 72 4.
Għal sistemi tal-IA b’riskju għoli koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, meta sistema u pjan ta' sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq ikunu diġà stabbiliti skont dik il-leġiżlazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jitnaqqsu kemm jista' jkun il-piżijiet addizzjonali, il-fornituri għandu jkollhom għażla li jintegraw, kif xieraq, l-elementi meħtieġa deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 bl-użu tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 3 fis-sistemi u fil-pjanijiet li diġà jeżistu skont dik il-leġiżlazzjoni, dment li dak jikseb livell ekwivalenti ta' protezzjoni. L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmija fil-punt 5 tal-Anness III introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz minn istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu soġġetti għal rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji rigward il-governanza, l-arranġamenti jew il-proċessi interni tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|