+Artikolu 21 1.
|
Artikolu 21 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet essenzjali u importanti jieħdu l-miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex jimmaniġġjaw ir-riskji li jinħolqu għas-sigurtà tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni li dawk l-entitajiet jużaw għall-operazzjonijiet tagħhom jew għall-forniment tas-servizzi tagħhom, u biex jipprevjenu jew jimminimizzaw l-impatt tal-inċidenti fuq riċevituri tas-servizzi tagħhom u fuq servizzi oħra. Filwaqt li jitqiesu l-istandards Ewropej u internazzjonali l-aktar avvanzati u, fejn applikabbli, rilevanti, kif ukoll il-kost tal-implimentazzjoni, il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni xieraq għar-riskji maħluqa. Meta tkun qed tiġi vvalutata l-proporzjonalità ta' dawk il-miżuri, għandu jittieħed kont dovut tal-grad tal-esponiment tal-entità għar-riskji, id-daqs tal-entità u l-probabbiltà li jseħħu l-inċidenti u s-severità tagħhom, inkluż l-impatt soċjetali u ekonomiku tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|