+Artikolu 21 2.

Artikolu 21 2.

Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq approċċ għall-perikli kollha li jkollu l-għan li jipproteġi n-network u s-sistemi tal-informazzjoni u l-ambjent fiżiku ta' dawk is-sistemi mill-inċidenti, u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

politiki dwar l-analiżi tar-riskji u s-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni;

(b) 

ittrattar tal-inċidenti;

(c) 

kontinwità tal-operat, bħall-ġestjoni ta' riżerva u l-irkupru minn diżastri, u ġestjoni tal-kriżijiet;

(d) 

is-sigurtà tal-katina tal-provvista, inklużi aspetti relatati mas-sigurtà li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn kull entità u l-fornituri jew il-fornituri tas-servizzi diretti tagħha;

(e) 

is-sigurtà fl-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni, inklużi t-trattament u d-divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet;

(f) 

politiki u proċeduri biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà;

(g) 

prattiki bażiċi tal-iġjene ċibernetika u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà;

(h) 

politiki u proċeduri dwar l-użu tal-kriptografija u, fejn xieraq, il-kriptaġġ;

(i) 

is-sigurtà tar-riżorsi umani, il-politiki tal-kontroll tal-aċċess u l-ġestjoni tal-assi;

(j) 

l-użu tal-awtentikazzjoni b'diversi fatturi jew ta' soluzzjonijiet ta' awtentikazzjoni kontinwa, komunikazzjonijiet bil-vuċi, bil-vidjo u testwali siguri u sistemi tal-komunikazzjoni ta' emerġenza siguri fi ħdan l-entità, fejn xieraq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit