+Artikolu 23 1.
|
Artikolu 23 1.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-entitajiet essenzjali u importanti jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lis-CSIRT tiegħu jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tiegħu f'konformità mal-paragrafu 4 dwar kull inċident li jħalli impatt sinifikanti fuq il-forniment tas-servizzi tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 3 (inċident sinifikanti). Fejn xieraq, l-entitajiet ikkonċernati għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lir-riċevituri tas-servizzi tagħhom dwar l-inċidenti sinifikanti li aktarx jaffettwaw ħażin il-forniment ta' dawk is-servizzi. Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-entitajiet jirrapportaw, inter alia, kull informazzjoni li tippermetti lis-CSIRT jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti, tiddetermina kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Is-sempliċi att tan-notifika ma għandux jissoġġetta lill-entità notifikanti għal aktar responsabbiltà. Meta l-entitajiet ikkonċernati jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'inċident sinifikanti skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jiżgura li dik l-awtorità kompetenti tgħaddi n-notifika lis-CSIRT malli tirċeviha. Fil-każ ta' inċident sinifikanti transfruntier jew transsettorjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti uniċi ta' kuntatt tagħhom jiġu pprovduti fi żmien debitu bl-informazzjoni rilevanti nnotifikata f'konformità mal-paragrafu 4.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|