|
+Artikolu 23 4. |
Artikolu 23 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tan-notifika skont il-paragrafu 1, l-entitajiet ikkonċernati jissottomettu lis-CSIRT jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti:
(a)
mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa wara li jkunu saru jafu bl-inċident, twissija bikrija, li, fejn applikabbli, għandha tindika jekk l-inċident sinifikanti hux issuspettat li hu kkawżat minn atti illegali jew malizzjużi jew jistax ikollu impatt transfruntier;
(b)
mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta jsiru jafu bl-inċident sinifikanti,notifika ta' inċident, li, fejn applikabbli, għandha taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u tindika valutazzjoni inizjali tal-inċident sinifikanti, inkluż is-severità u l-impatt tiegħu, kif ukoll, fejn disponibbli, l-indikaturi ta' kompromess;
(c)
meta jintalab minn CSIRT jew, meta applikabbli, l-awtorità kompetenti, rapport intermedju dwar aġġornamenti rilevanti tal-istatus;
(d)
rapport finali sa mhux aktar tard minn xahar wara s-sottomissjoni tan-notifika tal-inċident skont il-punt (b), li jinkludi dan li ġej:
(i)
deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, inkluż is-severità u l-impatt tiegħu;
(ii)
it-tip ta' theddida jew il-kawża ewlenija li aktarx skattat l-inċident;
(iii)
il-miżuri ta' mitigazzjoni applikati u li għadhom fis-seħħ;
(iv)
meta applikabbli, l-impatt transfruntier tal-inċident;
(e)
fil-każ ta' inċident li jkun għadu għaddej fiż-żmien tas-sottomissjoni tar-rapport finali msemmi fil-punt (d), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ikkonċernati jipprovdu rapport ta' progress f'dak iż-żmien u rapport finali fi żmien xahar minn meta jkunu ttrattaw l-inċident. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-fornitur ta' servizzi fiduċjarji għandu, fir-rigward ta' inċidenti sinifikanti li jkollhom impatt fuq il-forniment tas-servizzi fiduċjarji tiegħu, jinnotifika lis-CSIRT jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta jsir jaf bl-inċident sinifikanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|