+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 4.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti m’għandhiex tillimita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.

Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti.

Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit