|
+Artikolu 28 3. |
Artikolu 28 3.Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (h)(iii) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja l-istrument li jħallas multiplu tad-dividend, dment li tali multiplu tad-dividend ma jirriżultax f'distribuzzjoni li tikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji. Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (h)(v) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja sussidjarja tkun soġġetta għal ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf mal-impriża prinċipali tagħha, skont liema s-sussidjarja hija obbligata li tittrasferixxi, wara t-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha, ir-riżultat annwali tagħha lill-impriża prinċipali, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-impriża prinċipali tippossjedi 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot u tal-kapital tas-sussidjarja;
(b)
l-impriża prinċipali u s-sussidjarja jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru;
(c)
il-ftehim ġie konkluż għal finijiet ta' taxxa leġittimi;
(d)
fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali, is-sussidjarja għandha d-diskrezzjoni li tnaqqas l-ammont tad-distribuzzjonijiet billi talloka parti jew it-totalità tal-profitti tagħha lir-riżervi jew il-fondi proprji tagħha għal riskju bankarju ġenerali qabel ma tagħmel kwalunkwe ħlas lill-impriża prinċipali tagħha;
(e)
l-impriża prinċipali hija obbligata skont il-ftehim li tikkumpensa b'mod sħiħ lis-sussidjarja għat-telf kollu tas-sussidjarja;
(f)
il-ftehim huwa soġġett għal perijodu ta' avviż li jgħid li l-ftehim jista' jiġi terminat biss minn tmiem sena fiskali, b'tali tmiem ikun effettiv mhux qabel il-bidu tas-sena fiskali ta' wara, u b'hekk ma jbiddilx l-obbligu tal-impriża prinċipali li tikkumpensa bis-sħiħ lis-sussidjarja għal kull telf imġarrab matul is-sena fiskali attwali. Meta istituzzjoni tkun daħlet fi ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien u tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'kopja tal-ftehim. L-istituzzjoni għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b'kull tibdil għall-ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf u t-tmiem tiegħu. Istituzzjoni ma għandhiex tidħol f'aktar minn ftehim wieħed ta' trasferiment ta' profitti u telf. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|