|
+Artikolu 72a 2. |
Artikolu 72a 2.L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli:
(a)
depożiti koperti;
(b)
depożiti ta' domanda u depożiti b'terminu qasir b'maturità oriġinali ta' inqas minn sena;
(c)
il-parti ta' depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li taqbeż il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 );
(d)
depożiti li jkunu depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jekk ma jkunux saru permezz ta' fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta' istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni;
(e)
obbligazzjonijiet iggarantiti, inkluż bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li f'konformità mal-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili għal bonds koperti, sakemm l-assi ggarantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament biżżejjed u bl-esklużjoni ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li kontriha jkunu ggarantiti;
(f)
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inkluż assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem impriżi ta' investiment kollettiv, sakemm tali klijent ikun protett taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli;
(g)
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-entità ta' riżoluzzjoni jew kwalunkwe sussidjarja tagħha (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;
(h)
obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, minbarra l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;
(i)
obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti lil:
(i)
sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 30 );
(ii)
parteċipanti f'sistema deżinjata skont id-Direttiva 98/26/KE u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema; jew
(iii)
CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(j)
obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni jew remunerazzjoni fissa oħra dovuti, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv, u ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskji sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(ii)
kreditur kummerċjali jew ta' negozju meta l-obbligazzjoni tinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-impriża prinċipali, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;
(iii)
awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma preferuti skont il-liġi applikabbli;
(iv)
skemi ta' garanzija ta' depożiti meta l-obbligazzjoni tinħoloq minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;
(k)
obbligazzjonijiet li jinħolqu minn derivattivi;
(l)
obbligazzjonijiet li jinħolqu minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati. Għall-finijiet tal- punt (l) tal-ewwel subparagrafu, strumenti ta' dejn li fihom għażliet ta' tifdija bikrija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew tad-detentur, u strumenti ta' dejn b'interessi varjabbli li ġejjin minn rata ta' referenza ġeneralment użata bħall-Euribor jew il-Libor, ma għandhomx jitqiesu bħala strumenti ta' dejn b'derivattivi inkorporati unikament minħabba fatturi bħal dawn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|