|
+Artikolu 78a 3. |
Artikolu 78a 3.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
il-proċess ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni;
(b)
il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
(c)
il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
(d)
it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 78. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|