+Artikolu 114 7.
|
Artikolu 114 7.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jassenjaw piż tar-riskju li jkun anqas minn dak indikat fil-paragrafi 1 sa 2 għal skoperturi għall-gvern ċentrali u għall-bank ċentrali tagħhom ddenonimati u ffinanzjati fil-munita domestika, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw għar-riskju dawn l-iskoperturi bl-istess mod. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-iskoperturi tal-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali tal-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|