+Artikolu 121 1.

Artikolu 121 1.

Skoperturi għal istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati għal wieħed mill-gradi li ġejjin:

(a) 

meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad A:

(i) 

l-istituzzjoni jkollha kapaċità adegwata sabiex twettaq l-impenji finanzjarji tagħha, inkluż ir-ripagamenti tal-kapital u tal-imgħax, fil-ħin, għall-ħajja mbassra tal-assi jew tal-iskoperturi u irrispettivament miċ-ċikli ekonomiċi u mill-kundizzjonijiet tan-negozju;

(ii) 

l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-Artikolu 458(2), il-punti (d)(i) u (vi), u l-Artikolu 459, il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinit fl-Artikolu 128, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE, jew kwalunkwe rekwiżit superviżorju u regolatorju lokali ekwivalenti jew addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, mill-kapital ta' Grad 1 jew mill-fondi proprji, kif applikabbli;

(iii) 

l-informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt humiex issodisfati jew jinqabżux mill-istituzzjoni tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b'xi mod ieħor għall-istituzzjoni mutwanti;

(iv) 

il-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni mutwanti f'konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt;

(b) 

meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u ma tiġix issodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad B:

(i) 

l-istituzzjoni tkun soġġetta għal riskju ta' kreditu sostanzjali, inkluż il-kapaċitajiet ta' ripagament li jiddependu minn kundizzjonijiet ekonomiċi jew kummerċjali stabbli jew favorevoli;

(ii) 

l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1) ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-Artikolu 458(2), il-punt (d)(i), u l-Artikolu 459, il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE,, jew kwalunkwe rekwiżit superviżorju jew regolatorju lokali ekwivalenti u addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, mill-kapital ta' Grad 1 jew mill-fondi proprji, kif applikabbli;

(iii) 

l-informazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt humiex issodisfati jew jinqabżux mill-istituzzjoni tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b'xi mod ieħor għall-istituzzjoni mutwanti;

(iv) 

il-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni mutwanti f'konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ta' dan il-punt.

(c) 

meta l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet ma jiġux assenjati għall-Grad A jew B, jew meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad C:

(i) 

l-istituzzjoni jkollha riskji materjali ta' inadempjenza u marġini limitati ta' sikurezza;

(ii) 

il-kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi x'aktarx li jwasslu, jew wasslu, għall-inabbiltà tal-istituzzjoni li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha;

(iii) 

meta r-rapporti finanzjarji awditjati jkunu meħtieġa mil-liġi għall-istituzzjoni, l-awditur estern ikun ħareġ opinjoni tal-awditjar negattiva jew ikun esprima dubju sostanzjali dwar il-kapaċità tal-istituzzjoni li tkompli bħala istituzzjoni ta' negozju avvjat fir-rapporti finanzjarji awditjati jew fir-rapporti awditjati tiegħu fit-12-il xahar preċedenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii), ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti superviżorji u regolatorji lokali ekwivalenti u addizzjonali ma għandhomx jinkludu riżervi ta' kapital ekwivalenti għal dawk iddefiniti fl-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit