+Artikolu 142 1.

Artikolu 142 1.

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sistema ta’ klassifikazzjoni” tfisser il-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta’ data u s-sistemi informatiċi kollha li jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għall-gradi jew għall-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-inadempjenza u tat-telf li ġiet żviluppata għal ċertu tip ta’ skoperturi;

▼M17

(1a) 

“klassi tal-iskoperturi” tfisser kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), il-punt (e), (ea), (f) jew (g);

(1b) 

“skopertura korporattiva” tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);

(1c) 

“skopertura fil-livell tal-konsumatur” tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv);

(1d) 

“skopertura għall-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku” tfisser skopertura assenjata għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii);

▼M17

(2) 

“tip ta' skoperturi” tfisser grupp ta' skoperturi mmaniġġati b'mod omoġenu, li jistgħu jkunu limitati għal entità waħda jew għal subsett wieħed ta' entitajiet fi grupp dment li l-istess tip ta' skoperturi jiġi mmaniġġat b'mod differenti f'entitajiet oħra tal-grupp;

▼B

(3) 

“unità operatorja” tfisser kull entità organizzazzjonali jew ġuridika, linji ta’ negozju, postijiet ġeografiċi separati;

▼M17

(4) 

“entità kbira regolata tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-assi totali tal-entità, jew l-assi totali tal-kumpanija prinċipali tagħha meta l-entità jkollha kumpanija prinċipali, ikkalkulati fuq bażi individwali jew konsolidata, ikunu akbar minn jew ugwali għal EUR 70 biljun, bl-użu tal-aktar rapport finanzjarju awditjat jew rapport finanzjarju konsolidat reċenti sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi;

(b) 

l-entità tkun soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali, direttament fuq bażi individwali jew konsolidata, jew indirettament mill-konsolidazzjoni prudenzjali tal-impriża prinċipali tagħha, f'konformità ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2019/2033, mad-Direttiva 2009/138/KE, jew ma' rekwiżiti prudenzjali legali ta' pajjiż terz li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk l-atti tal-Unjoni;

(5) 

“entità mhux regolata tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju li ma tissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (4)(b);

▼M17

(5a) 

“korporattiva kbira” tfisser kwalunkwe impriża korporattiva li jkollha bejgħ annwali konsolidat ta' aktar minn EUR 500 miljun jew li tappartjeni għal grupp li fih il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat ikun ta' aktar minn EUR 500 miljun;

▼B

(6) 

“grad tad-debitur” tfisser kategorija ta’ riskju fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debituri f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li d-debitur jiġu assenjati fiha abbażi ta’ sett speċifikat u distint ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni, li minnha jiġu dderivati l-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza (PD);

(7) 

“grad tal-faċilità” tfisser kategorija ta’ riskju fi skala ta’ klassifikazzjoni tal-faċilità tas-sistema, li fiha l-iskoperturi jiġu assenjati abbażi ta’ sett ta’ kriterji speċifikati u distinti ta’ klassifikazzjoni li minnha jiġu dderivati l-istimi proprji ta’ LGD;

▼M5 —————

▼M17

(8a) 

“approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD” tfisser aġġustament tal-LGD jew l-immudellar ta' aġġustament kemm tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti;

(9) 

“minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni” tfisser il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura komparabbli u diretta għall-fornitur tal-protezzjoni;

(10) 

għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata “rikonoxxuta” tfisser protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li l-effett tagħha fuq il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju jew l-ammonti ta' telf mistenni tal-iskopertura sottostanti jitqies b'wieħed mill-metodi li ġejjin, f'konformità mal-Artikolu 108(3):

(a) 

approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD;

(b) 

is-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB, kif iddefinit fl-Artikolu 192, il-punt (5);

(11) 

“SA-CCF” tfisser il-perċentwal applikabbli skont il-Kapitolu 2, f'konformità mal-Artikolu 111(2);

(12) 

“IRB-CCF” tfisser l-istimi proprji tal-fattur ta' konverżjoni tal-kreditu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (5a), meta ssir il-valutazzjoni għal-limitu tal-bejgħ, l-ammonti għandhom jiġu kif irrapportati, kif inhuma, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-korporattivi jew, għal korporattivi li huma parti minn gruppi konsolidati, il-gruppi konsolidati tagħhom skont l-istandard kontabilistiku applikabbli għall-impriża prinċipali applikabbli tal-grupp konsolidat. Iċ-ċifri għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti medji kkalkulati matul it-tliet snin preċedenti, jew fuq l-aħħar ammonti aġġornati kull tliet snin mill-istituzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit