|
+Artikolu 208 3. |
Artikolu 208 3.Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà u l-valutazzjoni tal-proprjetà:
(a)
l-istituzzjonijiet jissorveljaw il-valur tal-proprjetà b’mod frekwenti u b’minimu ta’ darba fis-sena għal proprjetà kummerċjali immobbli u darba kull tliet snin għall-proprjetà residenzjali. L-istituzzjonijiet iwettqu sorvejlanza aktar frekwenti fejn is-suq huwa soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;
(b)
il-valwazzjoni tal-proprjetà tiġi riveduta meta l-informazzjoni disponibbli għall-istituzzjonijiet tindika li l-valur tal-proprjetà jista' jkun li naqas materjalment fir-rigward tal-prezzijiet ġenerali tas-suq u dik ir-reviżjoni titwettaq minn valwatur li għandu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valwazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu; Kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG, inkluż dawk relatati mal-limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi, għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni li l-valur tal-proprjetà seta' naqas materjalment, meta mqabbel mal-prezzijiet ġenerali tas-suq; għal self li jaqbeż EUR 3 miljuni jew il-5 % tal-fondi proprji ta' istituzzjoni, il-valwazzjoni tal-proprjetà għandha tiġi riveduta minn tali valwatur mill-inqas kull tliet snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|