+Artikolu 243 2.

Artikolu 243 2.

Il-pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni, għajr programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP, li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS, għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-aggregazzjoni ma jaqbiżx it-2 % tal-valuri tal-iskopertura tal-valuri aggregati tal-iskoperturi pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta’ klijenti konnessi għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.

Fil-każ ta’ valuri residwi titolizzati tal-kiri, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta’ rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn legalment infurzabbli ta’ xiri mill-ġdid jew rifinanzjament tal-iskopertura f’ammont stabbilit minn qabel minn parti terza eliġibbli skont l-Artikolu 201(1);

(b) 

fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fit-titolizzazzjoni, l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b’kunsiderazzjoni ta’ kull mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli, piż ta’ riskju ugwali għal jew iżgħar minn:

(i) 

40 % fuq bażi medja ponderata għall-valur tal-iskopertura għall-portafoll meta l-iskoperturi jkunu self garantit minn ipoteki residenzjali jew self residenzjali garantiti kompletament, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1);

(ii) 

50 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun self garantit minn ipoteka kummerċjali;

(iii) 

75 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun waħda fil-livell tal-konsumaturi;

(iv) 

għal skoperturi oħrajn, 100 % fuq bażi ta’ skopertura individwali;

(c) 

meta japplikaw il-punti (b)(i) u (b)(ii), is-self garantit minn drittijiet ta’ garanzija fi klassifikazzjoni aktar baxxa fuq assi partikolari għandu jiġi inkluż biss fit-titolizzazzjoni meta jkun ġie inkluż fit-titolizzazzjoni wkoll is-self kollu garantit minn drittijiet ta’ garanzija fi klassifikazzjoni preċedenti fuq dak l-assi;

(d) 

meta japplika l-punt (b)(i) ta’ dan il-paragrafu, ebda self fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ma għandu jkollu proporzjon bejn is-self u l-valur ogħla minn 100 %, fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, imkejjel skont il-punt (d)(i) tal-Artikolu 129(1) u l-Artikolu 229(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit