|
+Artikolu 244 6. |
Artikolu 244 6.L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet tradizzjonali skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:
(a)
il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;
(b)
l-interpretazzjoni ta’ “trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi” għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3;
(c)
ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3. L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|