|
+Artikolu 294 1. |
Artikolu 294 1.Bħala parti mill-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħha, istituzzjoni għandha tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni għandha twettaq ittestjar retrospettiv bl-użu ta’ data storika dwar il-movimenti fil-fatturi tar-riskju tas-suq qabel il-permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283(1). Dak l-ittestjar retrospettiv għandu jikkonsidra numru ta’ perijodi ta’ previżjoni distinti għal mill-inqas sena, fuq medda ta’ dati inizjali diversi u li jkopru medda wiesgħa ta’ kondizzjonijiet tas-suq;
(b)
l-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 285(1)(b) għandha tivvalida l-mudell tagħha b’mod regolari sabiex tittestja jekk l-iskoperturi attwali realizzati humiex konsistenti mal-previżjoni fil-perijodi marġnali kollha matul sena. Jekk uħud mit-transazzjonijiet fis-sett ta’ netting jkollhom maturità ta’ inqas minn sena, u s-sett ta’ netting ikollu sensittivitajiet ogħla għall-fatturi tar-riskju mingħajr dawn it-transazzjonijiet, dawn għandhom jitqiesu fil-validazzjoni;
(c)
għandha tittestja retrospettivament il-prestazzjoni tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju rilevanti tal-mudell kif ukoll il-previżjonijiet tal-fatturi tar-riskju tas-suq. Għal transazzjonijiet kollateralizzati, il-perijodi tal-previżjoni kkunsidrati għandhom jinkludu dawk li jirreflettu l-perijodi tipiċi b'riskju ta' marġni applikat f’negozjar kollateralizzat jew b'marġni;
(d)
jekk il-validazzjoni tal-mudell tindika li l-EPE effettiva hija sottovalutata, l-istituzzjoni għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tindirizza l-impreċiżjoni tal-mudell;
(e)
għandha tittestja l-mudelli tal-ippreżar użati sabiex tiġi kkalkulata l-iskopertura għas-CCR għal xenarju partikolari ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tas-suq bħala parti mill-proċess tal-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell. Mudelli ta’ pprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta’ linearità tal-valur tal-opzjoni fir-rigward tal-fatturi tar-riskju tas-suq;
(f)
il-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-transazzjoni meħtieġa sabiex jiġu aggregati iskoperturi fil-livell tas-sett ta’ netting. Istituzzjoni għandha tivverifika li t-transazzjonijiet huma assenjati għas-sett ta’ netting adatt fi ħdan il-mudell;
(g)
il-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandu jinkludi l-informazzjoni speċifika għat-transazzjoni sabiex ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni. Għandu jqis kemm l-ammont attwali tal-marġni u l-marġni li jkun irid jgħaddi minn kontroparti għall-oħra fil-futur. Tali mudell għandu jikkunsidra n-natura tal-ftehimiet dwar il-marġni li huma unilaterali jew bilaterali, il-frekwenza tas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, il-perijodu b'riskju ta' marġni, il-limitu minimu tal-iskopertura mhux marġinata li l-istituzzjoni lesta taċċetta, u l-ammont ta’ trasferiment minimu. Tali mudell għandu jew jistima l-varjazzjoni fl-ipprezzar skont il-valur fis-suq tal-kollateral depożitat jew japplika r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu 4;
(h)
il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi ttestjar retrospettiv statiku u storiku dwar il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattiva. L-istituzzjoni għandha twettaq tali ttestjar retrospettiv fuq numru ta’ portafolli ta’ kontropartijiet rappreżentattivi li huma attwali jew ipotetiċi f'perijodi regolari. Dawn il-portafolli rappreżentattivi għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tas-sensittività tagħhom għall-fatturi tar-riskju materjali u kombinazzjonijiet ta' fatturi tar-riskju li għalihom hija esposta l-istituzzjoni;
(i)
istituzzjoni għandha twettaq ittestjar retrospettiv li huwa mfassal biex jittestja s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju rilevanti, inkluża r-relazzjoni mudellata bejn xejriet tal-istess fattur tar-riskju, u r-relazzjonijiet mudellati bejn il-fatturi tar-riskju;
(j)
il-prestazzjoni tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħha għandhom ikunu soġġetti għal prattika adatta ta’ ttestjar retrospettiv. Il-programm tal-ittestjar retrospettiv għandu jkun kapaċi jidentifika prestazzjoni ħażina fil-miżuri tar-riskju ta’ mudell EPE;
(k)
istituzzjoni għandha tivvalida l-mudelli tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju kollha għall-perijodi li jikkorrispondu mal-maturità tat-transazzjonijiet li l-iskopertura għalihom hija kkalkulata permezz tal-IMM skont l-Artikolu 283;
(l)
istituzzjoni għandha tittestja b’mod regolari l-mudelli tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tal-iskopertura għall-kontroparti kontra punti ta' referiment indipendenti adatt bħala parti mill-proċess kostanti tal-validazzjoni tal-mudell;
(m)
il-validazzjoni kostanti tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR tal-istituzzjoni u l-miżuri tar-riskju rilevanti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-adegwadezza tal-prestazzjoni reċenti;
(n)
il-frekwenza li biha jiġu aġġornati l-parametri tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandha tiġi vvalutata minn istituzzjoni bħala parti mill-proċess ta' validazzjoni inizjali u kostanti;
(o)
il-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR għandha tivvaluta jekk il-kalkoli tal-iskopertura għall-livell ta' kontroparti u tas-sett ta’ netting humiex xierqa jew le. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|