|
+Artikolu 325j 1a. |
Artikolu 325j 1a.Għall-finijiet tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu l-istituzzjoni għandha:
(a)
tapplika r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbilita fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU, meta l-mandat ta' dik is-CIU jippermettilha tinvesti fi skoperturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta' fondi proprji; meta jintuża l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità mhux klassifikata unika allokata lill-bucket “mhux klassifikata” fl-Artikolu 325y(1), it-Tabella 2; u
(b)
għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU, tuża l-istess approċċ fost l-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|