+Artikolu 325bh 1.

Artikolu 325bh 1.

L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-riskju li jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325ba għandhom jiżguraw li dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri numru biżżejjed ta' fatturi ta' riskju, li għandhom jinkludu tal-inqas il-fatturi ta' riskju msemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1a sakemm l-istituzzjoni ma turix lill-awtoritajiet kompetenti li l-ommissjoni ta' dawk il-fatturi ta' riskju m'għandhiex impatt materjali fuq ir-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L imsemmi fl-Artikolu 325bg; istituzzjoni għandha tkun tista' tispjega lill-awtoritajiet kompetenti għaliex tkun inkorporat fattur tar-riskju fil-mudell tal-ipprezzar tagħha iżda mhux fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern tagħha;

(b) 

il-mudell għall-kalkolu tar-riskju intern għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi;

(c) 

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jinkludi sett ta' fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax li jidhru jew li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; l-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendiment permezz ta' wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati; il-kurva tar-rendiment għandha tinqasam f'diversi segmenti ta' maturità biex tkopri l-varjazzjonijiet ta' volatilità tar-rati tul il-kurva tar-rendiment; għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-rendiment għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' mill-inqas sitt segmenti ta' maturità, u l-għadd ta' fatturi tar-riskju li jintużaw biex jimmudellaw il-kurvi tar-rendiment għandu jkun proporzjonat man-natura u l-kumplessità tal-istrateġiji ta' negozjar tal-istituzzjoni; il-mudell għandu jkopri wkoll il-firxa tar-riskju ta' movimenti korrelatati mhux b'mod perfett bejn kurvi tar-rendiment differenti jew strumenti finanzjarji differenti fl-istess emittent sottostanti;

▼M17

(d) 

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jiġbor fih il-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u għall-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni; għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU; l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, sakemm il-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b'mod adegwat;

▼M8

(e) 

is-sofistikazzjoni tat-teknika tal-immudellar għandha tkun proporzjonata mal-materjalità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-ekwità; il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur tar-riskju separat mill-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti u mill-inqas fattur tar-riskju wieħed li jkopri movimenti sistemiċi fil-prezzijiet tal-ekwità u d-dipendenza ta' dak il-fattur tar-riskju fuq il-fatturi tar-riskju individwali għal kull suq tal-ekwità;

(f) 

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur ta' riskju separat tal-inqas għal kull komodità li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti, sakemm l-istituzzjoni ma jkollhiex pożizzjoni aggregata żgħira fil-komodità meta mqabbla mal-attivitajiet tan-negozjar kollha tagħha, f'liema każ tista' tuża fattur ta' riskju separat għal kull tip wiesa' ta' komodità; għal skoperturi materjali għas-swieq tal-komoditajiet; il-mudell għandu jkopri r-riskju ta' movimenti mhux perfettament korrelatati bejn komoditajiet li huma simili, iżda mhux identiċi, l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità, u l-kurva tal-konvenjenza bejn pożizzjonijiet ta' derivattivi u ta' flus;

(g) 

l-indikaturi użati għandhom juru prova ta' rekord tajba għall-pożizzjoni reali miżmuma, għandhom ikunu konservattivi b'mod adatt u għandhom jintużaw biss meta d-data disponibbli ma tkunx biżżejjed, bħal matul il-perijodu ta' stress imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(2);

(h) 

għal skoperturi materjali għal riskji ta' volatilità fi strumenti b'opzjonalità, il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri d-dipendenza tal-volatilitajiet implikati fil-prezzijiet tal-eżerċitar u fil-maturitajiet tal-opzjonijiet;

▼M17

(i) 

għal pożizzjonijiet f'CIUs, l-istituzzjonijiet għandhom iħarsu lejn il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIUs tal-anqas kull ġimgħa sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità ma' dan il-Kapitolu; fejn l-approċċ ta' trasparenza jitwettaq kull ġimgħa, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jimmonitorjaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni tas-CIU; l-istituzzjonijiet li ma għandhomx inputs tad-data jew informazzjoni adegwata sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ ta' trasparenza jistgħu jiddependu fuq parti terza biex tikseb dawk l-inputs tad-data jew l-informazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;

(2) 

il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);

(3) 

bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt (1) jew (2) ta' dan il-punt jew bejjiegħ terz ieħor bħal dan;

(ii) 

il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ ta' trasparenza msemmi fl-ewwel subparagrafu;

(iii) 

awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (ii) u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit