+Artikolu 325bi 1.

Artikolu 325bi 1.

Kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandu jkun kunċettwalment validu, għandu jkun ikkalkulat u implimentat b'integrità, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji ta' kuljum tal-istituzzjoni u għandu jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-maniġment superjuri;

▼M17

(b) 

istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; dik l-unità għandha:

(i) 

tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu;

(ii) 

tkun responsabbli għas-sistema ġenerali ta' ġestjoni tar-riskju;

(iii) 

tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;

▼M8

(c) 

il-korp tal-ġestjoni u l-maniġment superjuri għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta' kontroll tar-riskji, u r-rapporti ta' kuljum magħmulin mill-unità għall-kontroll tar-riskji għandhom jiġu analizzati f'livell ta' maniġment b'awtorità suffiċjenti biex jeħtieġ it-tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn operaturi individwali u biex jeħtieġ it-tnaqqis tal-iskopertura kumplessiva għar-riskju tal-istituzzjoni;

(d) 

l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li huwa adatt għas-sofistikazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern, u numru suffiċjenti ta' persunal b'ħiliet fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, fil-verifika u fl-oqsma tal-back office;

(e) 

l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ sett dokumentat ta' politiki interni, proċeduri u kontrolli għall-monitoraġġ u sabiex tiżgura l-konformità mal-operat kumplessiv ta' mudelli tal-kejl tar-riskju intern tagħha;

(f) 

kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern, inkluż kwalunkwe mudell ta' pprezzar, għandu jkollu prova ta' rekord li huwa preċiż b'mod raġonevoli fil-kejl tar-riskji u ma għandux ivarja b'mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-ġestjoni interna tar-riskju tagħha;

(g) 

l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programmi rigorużi ta' ttestjar tal-istress, inkluż testijiet tal-istress bl-invers, li għandu jinkludi kwalunkwe mudell għall-kejl tar-riskju intern; ir-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress għandhom jiġu analizzati mill-maniġment superjuri tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar u għandhom jikkonformaw mal-politiki u l-limiti approvati mill-korp ta' ġestjoni; l-istituzzjoni għandha tieħu azzjonijiet adatti meta r-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress juru telf eċċessiv li jirriżulta min-negozju tan-negozjar tal-istituzzjoni taħt ċerti ċirkostanzi;

(h) 

l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti ta' mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, bħala parti mill-proċess ta' awditjar intern regolari tagħha, jew billi jingħata mandat lil impriża ta' parti terza biex twettaq dik l-analiżi, li għandha titwettaq għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Unità ta' validazzjoni, li tkun separata mill-unità ta' kontroll tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandha twettaq il-validazzjoni inizjali u kontinwa ta' kwalunkwe mudell intern ta' kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Għall-finijiet tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, impriża ta' parti terza tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq fl-attivitajiet tan-negozjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit