+Artikolu 332 1.

Artikolu 332 1.

Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali u speċifiku tal-parti li tieħu r-riskju tal-kreditu (il-“bejjiegħ tal-protezzjoni”), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandu jintuża l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu. Minkejja l-ewwel sentenza, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tissostitwixxi l-valur nozzjonali bil-valur nozzjonali miżjud bil-bidla netta fil-valur tas-suq tad-derivat tal-kreditu mill-bidu tat-transazzjoni, bidla netta ’l isfel mill-perspettiva tal-bejjiegħ tal-protezzjoni li jkollha sinjal negattiv. Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis għar-riskju speċifiku, għajr total return swaps, għandha tapplika l-maturità tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu, u mhux il-maturità tal-obbligazzjoni. Il-pożizzjonijiet jiġu determinati kif ġej:

(a) 

total return swap toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tal-obbligazzjoni ta’ riferiment u pożizzjoni qasira fir-riskju ġenerali tal-bond tal-gvern b’maturità ekwivalenti għall-perijodu sal-iffissar li jmiss tar-rata tal-imgħax u li huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 0 % skont it-Titolu II, Kapitolu 2. Joħloq ukoll pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku tal-obbligazzjoni ta’ riferiment;

(b) 

swap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma toħloqx pożizzjoni għar-riskju ġenerali. Għall-finijiet tar-riskju speċifiku, l-istituzzjoni għandha tirreġistra pożizzjoni sintetika twila f’obbligazzjoni tal-entità ta' referenza, sakemm id-derivat ma jkunx ikklassifikat esternament u ma jissodisfax il-kondizzjonijiet għal element ta' dejn li jikkwalifika, f'liema każ tiġi reġistrata pożizzjoni twila fid-derivat. Jekk il-prodott jikkomporta l-pagament ta' primjum jew ta' imgħax, dawn il-flussi ta’ flus għandhom jiġu rappreżentati bħala pożizzjonijiet nozzjonali f'bonds tal-gvern;

(c) 

nota marbuta mal-kreditu b'isem wieħed toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tan-nota nnifisha, bħala prodott tar-rati tal-imgħax. Għall-fini tar-riskju speċifiku, tinħoloq pożizzjoni sintetika twila f’obbligazzjoni tal-entità ta' referenza. Pożizzjoni twila addizzjonali tinħoloq fl-emittent tan-nota. Meta n-nota marbuta mal-kreditu jkollha klassifikazzjoni esterna u tissodisfa l-kondizzjonijiet għal element ta' dejn li jikkwalifika, tista' tiġi rreġistrata biss pożizzjoni twila bir-riskju speċifiku tan-nota;

(d) 

minbarra pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku tal-emittent tan-nota, nota marbuta mal-kreditu b’ismijiet multipli li tipprovdi protezzjoni proporzjonali toħloq pożizzjoni f’kull entità ta' referenza, bl-ammont nozzjonali totali tal-kuntratt assenjat fost il-pożizzjonijiet skont il-proporzjon tal-ammont nozzjonali totali li kull skopertura tirrappreżenta għal entità ta' referenza. Fejn tista' tintgħażel iżjed minn obbligazzjoni waħda ta' entità ta' referenza, l-obbligazzjoni bl-ogħla ppeżar tar-riskju tiddetermina r-riskju speċifiku.

(e) 

derivat tal-kreditu tat-tip “first-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għall-ammont nozzjonali f’obbligazzjoni ta’ kull entità ta’ referenza. Jekk id-daqs tal-pagament massimu minħabba avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku

Derivat tal-kreditu tat-tip “n-th-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għall-ammont nozzjonali f’obbligazzjoni ta’ kull entità ta' referenza minbarra l-entitajiet ta' referenza n-1 bir-rekwiżit l-iżjed baxx ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku. Jekk id-daqs tal-pagament massimu minħabba avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku

Fejn derivat tal-kreditu tat-tip "n-th-to-default" ikun ikklassifikat esternament, il-bejjiegħ tal-protezzjoni għandu jikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku billi juża l-klassifikazzjoni tad-derivat u japplika l-ippeżar tar-riskju tat-titolizzazzjoni rispettiv kif applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit