|
+Artikolu 346 5. |
Artikolu 346 5.Fin-nuqqas tas-sitwazzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, għandu jingħata tnaqqis parzjali, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3(b) iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn l-obbligazzjoni ta’ riferiment u l-iskopertura sottostanti. Madanakollu, il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
l-obbligazzjoni ta’ riferiment hija tal-istess livell ma', jew subordinata għall-obbligazzjoni sottostanti;
(ii)
l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment għandhom l-istess debitur u għandhom klawżoli transversali ta’ inadempjenza u aċċelerazzjoni legalment infurzabbli;
(b)
il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3(a) jew il-paragrafu 4 iżda hemm diskrepanza fil-munita jew fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-assi sottostanti. Tali diskrepanza fil-munita għandha tiġi inkluża fir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju;
(c)
il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 4 iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn il-pożizzjoni fi flus u d-derivat tal-kreditu. Madanakollu, l-assi sottostanti huwa inkluż fl-obbligazzjonijiet (kunsinnabbli) fid-dokumentazzjoni tad-derivat tal-kreditu. Sabiex jingħata tnaqqis parzjali, minflok ma jiżdiedu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għal kull naħa tat-transazzjoni, għandu japplika biss l-ogħla wieħed miż-żewġ rekwiżiti ta’ fondi proprji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|