|
+Artikolu 395 8. |
Artikolu 395 8.Is-setgħa li jiġi adottat att ta' implimentazzjoni biex jiġu aċċettati jew irrifjutati l-miżuri nazzjonali proposti msemmija fil-paragrafu 7 tingħata lill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 464(2). Fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 7, l-ABE għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-punti msemmija f’dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu wkoll jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-punti msemmija f’dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat. Filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u jekk ikun hemm evidenza soda u b'saħħitha li l-miżuri għandhom impatt negattiv fuq is-suq intern li jegħleb il-benefiċċji tal-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika, tirrifjuta l-miżuri nazzjonali proposti. Inkella, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-miżuri nazzjonali proposti għal perijodu inizjali ta' sentejn u fejn adatt il-miżuri jistgħu jkunu soġġetti għal emenda. Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta il-miżuri nazzjonali proposti biss jekk din tqis li l-miżuri nazzjonali proposti jinvolvu effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stat Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali, u b'hekk jiffurmaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern jew għall-moviment liberu tal-kapital f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-ABE u għandha tqis l-evidenza pprezentata f'konformità mal-paragrafu 7. Qabel l-iskadenza tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipproponu miżuri ġodda għall-estensjoni tal-perijodu ta' applikazzjoni għal perijodu addizzjonali ta' sentejn kull darba. F'dan il-każ, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, il-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-ABE. L-approvazzjoni tal-miżuri l-ġodda għandha tkun soġġetta għall-proċess stipulat f'dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 458. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|