|
+Artikolu 415 3. |
Artikolu 415 3.L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:
(a)
formati uniformi u soluzzjonijiet tal-IT bi struzzjonijiet assoċjati għal frekwenzi u d-dati tar-referenza u ta' rimessa; il-formati tar- rappurtar u l-frekwenzi għandhom ikunu proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet differenti tal-istituzzjonijiet u għandhom jinkludu r-rappurtar meħtieġ skont il-paragrafi 1 u 2;
(b)
metriċi addizzjonali meħtieġa għall-monitoraġġ tal-likwidità, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu idea komprensiva tal-profil tar-riskju tal-likwidità ta' istituzzjoni, proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni. L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għall-elementi speċifikati fil-punt (a) sat-28 ta' Lulju 2013 u għall-elementi speċifikati fil-punt (b) sal-1 ta' Jannar 2014. Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|