|
+Artikolu 420 1. |
Artikolu 420 1.Sakemm jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' likwidità skont l-Artikolu 460, il-flussi 'l barra ta' likwidità li għandhom jiġu rapportati għandhom jinkludu:
(a)
l- ammont attwali pendenti għad-depożiti fil-livell ta' konsumatur kif stabbilit fl-Artikolu 421;
(b)
l- ammonti attwali pendenti ta’ obbligazzjonijiet oħra li jsiru dovuti, jistgħu jissejħu għall-ħlas mill-istituzzjonijiet emittenti jew mill-fornitur tal-finanzjament jew jinvolvu aspettattiva impliċita tal-fornitur tal-finanzjament li matul it-30 ġurnata li jmiss l-istituzzjoni tkun trid tħallas lura l-obbligazzjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 422;
(c)
il-flussi ’l barra addizzjonali msemmi fl-Artikolu 423;
(d)
l- ammont massimu li jista’ jinġibed matul it-30 ġurnata li jmiss minn kreditu impenjat mhux miġbud u l-faċilitajiet tal-likwidità, kif stabbilit fl-Artikolu 424;
(e)
il-flussi ’l barra addizzjonali identifikati fil-valutazzjoni skont il-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|